Il-kumpanija Kanadiża tal-ħelu, bl-isem Candy Funhouse ser timpjega persuna biex idduq il-ħelu. Fil-fatt l-uffiċjal kap tal-ħelu se jkun responsabbli għall-ittestjar tat-togħma t’aktar minn 3,500 tip differenti ta’ ħelu kull xahar, filwaqt li jiddeċiedi jekk dawn il-ħelu humiex ta’ kalibru.

Candy Funhouse tgħid li hija l-akbar ħanut tal-ħelu onlajn tal-Kanada. Din il-kumpanija hija bbażata f’Toronto, u fost il-ħelu li tbigħ insibu Laffy Taffy, Sour Patch Kids, Reese’s Peanut Butter Cups u Kit-Kats.

Ir-rekwiżiti tax-xogħol huma minimi: Irid ikollok mill-inqas 5 snin, toqgħod fl-Amerika ta’ Fuq u jkollok imħabba “ovvja” għaz-zokkor. Il-lista tgħid li l-ġenituri jistgħu japplikaw għat-tfal tagħhom, u li s-CCO se jgħaddi minn taħriġ estensiv fil-palat biex jiċċertifika l-“golden taste buds” tagħhom qabel ma jiġu fdati biex jagħżlu l-istokk ta’ Candy Funhouse. Ebda allerġiji għal-ikel ma huma permessi. Ovvjament wara dak il-ħelu kollu, il-kumpanija se tipprovdi kura għas-snien.

“Kulma għandek bżonn hija passjoni għall-ħelu, kultura pop u ‘sweet tooth!’”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks