Lyndsay Pace se tkun qiegħda tniedi l-album uffiċjali tagħha “Dopamine”, fuq stil pop b’kollaborazzjoni ma’ Highkey Music fl-20 ta’ Settembru ġewwa Ivy House, Pembroke b’wirja verament speċjali!

Fil-fatt, Lyndsay se tkun qiegħda tagħmel sessjoni unplugged mal-band tagħha u se tkun qiegħda tniedi wkoll ħames kanzunetti ġodda li għadhom ma nstemgħux.

Waqt dan il-kunċert, is-segwaċi tagħha se jkollhom l-opportunità li jixtru kopji limitati ta’ dan l-album bi prezz raġonevoli.

L-album “Dopamine” jinkludi 12-il kanzunetta b’kollox, li minnhom diġà smajna fuq ir-radjijiet lokali matul din is-sena u se jkunu wkoll disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali kollha.

Għal aktar tagħrif tistgħu ssegwu l-aġġornamenti minn hawnhekk.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks