Tfajla ta’ 23 sena mis-Serbja li toqgħod San Pawl il-Baħar mietet wara li ttajret minn karozza tal-linja.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12.20pm fi Triq Notabile, l-Imrieħel.


Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn xufier Filippin ta’ 41 sena.


Filwaqt li bl-inċident ġiet infurmata l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: TVM news

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks