Il-Pulizija kkonfermat li l-ġisem bla ħajja li kien nstab f’għalqa taħt siġar fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa, nhar il-15 ta’ Lulju 2022 huwa dak ta’ Carmelo Fino.

L-anzjan ta’ 83 sena kien ġie rrapportat nieqes fit-28 ta’ Ġunju, wara li matul il-lejl kien ħareġ mir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Il-pulizija spjegaw li riżultati tad-DNA damu ma ħarġu minħabba li l-ġisem kien instab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni u ma setax jiġi idenfitikat mill-ewwel.

Mill-awtopsja li kienet saret irriżulta li ma kienx hemm l-involviment ta’ terzi persuni u l-mewta mhijiex waħda suspettuża.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks