Studju maħruġ mill-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà juri li li 54.6%, li jirrappreżentaw 198,198 persuna, wieġbu li jħossuhom waħedhom.

L-istudju ħareġ li tnejn minn kull għaxra jħossu sens ta’ vojt fihom u kważi wieħed minn kull għaxra jħossu li m’għandhomx ħafna nies fuq min jistrieħu.

Aktar minn wieħed minn kull għaxra qalu li m’għandhomx ħabib tal-qalb.

26.9% tan-nies li wieġbu l-istudju qalu li jħossu n-nuqqas tan-nies madwarhom. Dan in-nuqqas iħossuh l-aktar l-irġiel milli n-nisa.

25.8% qalu li jħossu n-nuqqas tas-sabiħ li tkun fil-kumpanija ta’ ħaddieħor.

 74.3% qalu li jħossu li jistgħu jċemplu lil sħabhom meta għandhom bżonn.

Inti tħossok waħdek? X’tagħmel meta tħossok hekk?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks