Select Page

Dan huwa post li ttella’ dalgħodu minn Doreen Aquilina. Tiddeskrivu n-nuqqasijiet tagħna għat-telfa ta’ Carmelo Fino.

Tispjega kif il-post, San Vicenza’, ma pproteġix biżżejjed, il-ground searches ma kinux organizzati, kif wara ftit żmien kważi kulħadd nesieh, kellu jgħaddi xahar biex ikun identifikat u kif meta ma sarux sforzi biżżejjed biex tinstab bħalma jiġri meta jintilef kelb. Temmet tgħid, “Inqasniek għax aljenati wisq u ħallejna anzjan jitlef ħajtu mingħajr dinjità. Issa strieħ fis-sliem Carmelo”.

Ilbieraħ il-Pulizija kkonfermat li l-ġisem bla ħajja li kien nstab f’għalqa taħt siġar fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa, nhar il-15 ta’ Lulju 2022 huwa dak ta’ Carmelo Fino. L-anzjan ta’ 83 sena kien ġie rrapportat nieqes fit-28 ta’ Ġunju, wara li matul il-lejl kien ħareġ mir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks