In-NU sejħet għall-waqfien immedjat tal-ostilitajiet fil-Libja wara jum ta’ ġlied fatali bejn fazzjonijiet politiċi fil-kapitali, Tripli.

Mill-inqas 32 persuna nqatlu u għexieren oħra midruba waqt il-ġlied, qal il-ministeru tas-saħħa.

Huwa mifhum li fost il-mejta kien hemm il-komiku żagħżugħ Mustafa Baraka, li huwa magħruf għall-vidjows tiegħu fuq il-midja soċjali.

Il-Libja ilha f’kunflitt mir-rewwixta appoġġjata min-NATO fl-2011 li waqqgħet lill-Kurunell Muammar Gaddafi.

Minkejja dan, il-pajjiż kien gawda minn perjodu relattivament kalm matul dawn l-aħħar sentejn.

Nhar is-Sibt, forzi armati tal-gvern rikonoxxut internazzjonalment ippruvaw jibagħtu lura konvoj ta’ milizzji leali lejn Fathi Bashagha, ir-raġel li huwa rikonoxxut bħala Prim Ministru minn rivali, il-parlament tal-Lvant u qed jikkompeti għall-kontroll tal-pajjiż.

Kien hemm rapporti ta’ sparaturi ta’ armi tan-nar żgħar u splużjonijiet f’diversi żoni tal-kapitali. Seta’ wkoll jidher duħħan iswed tiela’ madwar il-belt.

Is-servizzi tal-emerġenza qalu li ntlaqtu numru ta’ sptarijiet. In-nies ġew evakwati wkoll minn żoni fejn kien qed iseħħ il-ġlied.

Nhar il-Ħadd, kien hemm kwiet fil-kapitali.

Il-missjoni tan-NU fil-Libja qalet li l-ġlied qed jikkawża ħsara u periklu għan-nies ċivili u sejħet għal waqfien immedjat mill-ġlied. Dan kien ppoġġjat ukoll mill-ambaxxatur Amerikan fil-Libja, Richard Norland nhar is-Sibt.

Il-pajjiż għani fiż-żejt darba kellu wieħed mill-ogħla standards ta’ għajxien fl-Afrika, b’kura tas-saħħa u edukazzjoni b’xejn.

Iżda l-istabbiltà li wasslet għall-prosperità tagħha nkisret u Tripli rat ġlied frekwenti bejn forzi rivali mill-20

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks