Xi ħadd li sa issa ma skoprejniex min hu jew min hi, għamel tattoo ta’ Griż u tad-dudu!
Griż huwa dak li l-ors li ħafna drabi kien ikun akkumpanjat minn Mini, fil-programm popolari ta’ Mini Bugz.

Id-dudu huwa l-istess dudu li jidher u jissemma fil-vidjow mużikali, ‘Dudu twil’.
F’dan il-programm Mini u Griż kienu jkunu ma’ Toni tal-Van, Jackie Bartolo, Chyrsander Agius u/jew Ronald Briffa.
Tony Busuttil, li kien jinterpreta l-karattru ta’ Toni tal-Van, tella’ ritratt ta’ din it-tattoo u kiteb, “Meta taħseb li tkun rajt kollox.”
Inti kont tarah Mini Bugz? Ikkummenta u għidilna min kien jogħġbok, jekk hux Mini jew Griż.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.