Tliet uffiċjali ta’ Transport Malta tressqu quddiem Maġistrat Rachel Montebello akkużati b’tixħim fit-testijiet tas-sewqan.

L-irġiel ta’ 40 sena, 35 sena u 23 sena huma t-tliet uffiċjali, b’wieħed minnhom direttur t-tlieta li huma wieġbu mhux ħatja.

Fl-awla ħareġ li d-Direttur waqt l-interrogazzjoni stqarr mal-Pulizija li ħassu taħt pressjoni biex jgħaddi xi ħaddiema għax kienu qed jaħdmu ġo villa ta’ ministru.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru għandu minnufih jikkonferma min hu l-ministru konċernat fil-każ ta’ allegat korruzzjoni fit-testijiet tal-liċenzja tas-sewqan.  Temm jgħid li qed jinsisti  li r-riżenja għandha isseħħ fl-aqwa interess tat-trasparenza u sakemm ma jkun hemm ebda dubju dwar l-istess ministru, il-ministru li għalih qed issir referenza għandu jerfa’ r-responsabbliltá politika u jirreżenja minnufih sakemm jitnaddaf ismu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks