Il-funeral ta’ Kristina Zicanovic se jsir għada, fis-2pm, fil-kappella tal-Madonna tal-Karmnu f’San Pawl il-Baħar.
It-tfajla ta’ 23 sena tilfet ħajjitna traġikament wara li ttajret minn karozza tal-linja f’Birkirkara.
Missier Kristina ħabbar id-dettalji tal-funeral fuq il-midja soċjali fejn appella lin-nies jilbsu kuluri li jirrappreżentaw it-tbissima ta’ bintu.

Erbat ijiem ilu l-għarus tagħha, Daniel Vassallo, kiteb, “Inħobbok għal dejjem u se tibqa’ f’qalbi għal dejjem.”

Dwar dan il-każ, infetħet inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.