Select Page

Bħalissa qed jinxtered filmat ta’ Tik-Toker tgħid kliem offensiv u akkużi foloz kontra membri tal-pulizija.

Għaldaqstant il-Malta Police Union għamlet kwerela mal-Kummissarju tal-Pulizija biex tinvestiga formalment u tressaq il-qorti din Tik-Toker.

Professur Andrew Azzopardi

Dwar dan, l-opinjonista l-Professur Andrew Azzopardi fuq Facebook kiteb li din “persunab’mod ċar ħafna għandha problemi ta’ saħħa mentali mhux ninkoragixxu lill-pulizija biex narrestawha imma għandna nħeġġu s-servizzi soċjali u l-professjonisti biex nagħtuha t-trattament. Ngħinuha u mhux nżebbilħuha u noqogħdu nidħku biha sakemm nixbgħu mbagħad inkunu rridu nagħtuha l-giljottina.”

Temm jgħid, “Meta ħa nirrealizzaw li s-saħħa mentali hija marda daqs kull marda oħra li wieħed jista’ jkollu. Huwa ċarissimu li s-saħħa mentali għadha s-Cinderella tal-qasam soċjali.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks