Select Page

Malti ta’ 59 sena mill-Fgura miet wara li waqa’ minn għoli ta’ 3 sulari f’dar fil-Fgura.

Il-każ se seħħ għall-ħabta tad-9.00 a.m fi Triq il-Ġojjin.

Ir-raġel li kien jgħix fid-dar aktarx kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq il-bejt.

Fuq il-post issejħet assistenza medika iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Filwaqt li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ, infetħet inkjesta maġisterjali.

It-tim ta’ Skopert jagħti l-kondoljanzi lill-familja kollha.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks