Select Page

Illum fil-qorti tkompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-każ tal-Kappillan ta’ Marsaxlokk. Huwa jinsab akkużat bi frodi u ħasil ta’ flus.

Il-Qorti sabet biżżejjed evidenza biex il-każ ikompli kontra l-kappillan, minkejja d-difiża qed tistqarr li l-allegati vittmi, “mhux qed jikkonsidraw lilhom infushom vittmi’.

Il-Kappillan ċaħad li prova jqarraq b’150 parruċċan b’€500, 000 li ngħataw lilu fuw medda ta’ 10 snin.

Is-smigħ beda bl-evidenza minn dawk il-persuni li biegħlu €29,000 Land Rover, €5,000 Fiat 500, €700 mutur u €34,000 garaxx fl-aħħar sentejn.

Nutar li għamel ir-riċerka tiegħu fuq il-garaxx sab li ma kienx hemm dubju dwar il-pagamenti tal-kappillan.

3 minn nies, fosthom 2 parruċċani wkoll spjegaw lill-Qorri fuq kif taw id-donazzjonijiet tagħhom lill-kappillan.

Maria Carmela Pulis qal li tat donazzjoni bl-intenzjoni li jiġi rranġat il-kamonar u wara rat li dan ix-xogħol kien sar.

Rosemary Bugeja, qalet li tat il-flus lill-kappilan, u speċifikament qalet, “dawn huma għalik”.

L-avukati tad-difiża argumentaw li l-prosekuzzjoni ma ġabritx biżżejjed evidenza biex il-każ ikompli kontra l-kappilan. “Dawn l-allegati vittmi lanqas jikkunsidraw lilhom infushom vittmi. Huma ġew hawnhekk jgħidu li tawn il-flus lill-kappillan.”

Però, il-Maġistrat qalet li hemm biżżejjed evidenza biex il-każ ikompli f’Ottubru.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks