Select Page

L-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici mistenni jkun rilaxxat mill-isptar.

Fil-ġimgħat li għaddew l-eks Prim Ministru kien jinsab f’qagħda kritika fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fl-isptar Mater Dei.

Intant, il-Prim Ministru Robert Abela fuq Facebook kiteb, “Ħadt gost nitkellem ma’ Karmenu Mifsud Bonnici li qalli li jinsab aħjar, tant li mistenni jkun rilaxxat mill-isptar Mater Dei.”

Karmenu Mifsud Bonnici kien Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1984 u l-1987.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks