Select Page

Il-mudella ta’ 20 sena, Melisa Raouf tinsab fuq missjoni biex tibdel il-perspettiva ta’ kif in-nisa jiddefinixxu s-sbuħija.

Hija se tkun qed tikkompeti fil-finali ta’ Miss England mingħajr irtokk.

Dan se jagħmilha l-ewwel persuna li se tkun qed tikkompeti fil-finali tal-konkors Miss England mingħajr irtokk fi kważi 100 sena storja tiegħu.

Melisa Raouf, min-Nofsinhar ta’ Londra, kisbet postha fil-finali li se jsir bejn 40 kontestant fis-17 ta’ Ottubru.

Il-mudella qalet li jekk tirbaħ il-konkors, beħsiebha tikkompeti f’Miss World mingħajr irtokk ukoll, bit-tama li tkun ta’ ispirazzjoni.

L-għan tagħha huwa li twassal il-messaġġ li mara m’għandhiex għalfejn tagħmel l-irtokk biex tkun u tħossha sabiħa iżda għandha tħossha li tagħżel li ma tagħmilx u tkun kunfidenti xorta waħda.

Hija qalet li bħal ħafna oħrajn, bdiet tagħmel l-irtokk mill-adolexxenza, u stqarret li ma kinitx kunfidenti biha nnifisha tant li kienet issib ruħha tqabbel lilha nnifisha ma’ standard ta’ sbuħija li mhuwiex realistiku, li jintwera fuq il-midja soċjali. Stqarret li dan kellu impatt negattiv fuq is-saħħa mentali tagħha.

Iżda hekk kif kienet qed tikber irnexxielha tikseb il-kunfidenza. Tgħid ukoll li l-parteċipazzjoni tagħna fil-konkors tas-sbuħija żiditilha l-kunfidenza.

Raouf tgħid li ma fiha xejn ħażin li tagħmel l-irtokk biex ittejjeb id-dehra tiegħek jew għal okkażjonijiet speċjali, iżda m’għandux jiddefinixxina. Għandha tkun għażla, tgħid hi.

Hija żżid tgħid li n-nisa għandhom jagħtu aktar valur lis-sbuħija ta’ ġewwa tagħhom, aktar milli jqabblu lilhom infushom ma’ oħrajn.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks