Select Page

L-10 staġun tas-serje, li hija popolari anki f’pajjiżna, Chicago PD, se jkun l-aħħar wieħed għal Jesse Lee Soffer.

L-attur ilu jinterpreta l-karattru ta’ Ditektiv Jay Halstead mid-debutt tas-serje fl-2014 u deher fil-187 episodju.

Halstead kien kien wieħed mill-protagonisti ewlenin fis-serje matul l-aħħar staġuni meta sar l-id il-leminija tas-Surġent Hank Voight u żżewweġ lid-Ditektif Hailey Upton.

Dan iqanqal mistoqsijiet dwar kif se tiżvolġi l-istorja ta’ mħabba ta’ Jay u Hailey? X’se jiġri minnhom?

Fuq Instagram, l-attriċi Tracy Spiridakos, li tinterpreta l-parti ta’ Ditektif Hailey Upton, tellgħet post flimkien ma’ ritratt li juri lilha u lil Jesse flimkien fuq is-sett, fejn irringrazzjatu fost l-oħrajn għall-ħbiberija tiegħu u qaltlu li se tħoss in-nuqqas tiegħu kuljum.

Is-serje Chicago PD tirritorna nhar l-Erbgħa l-21 ta’ Settembru.

Int issegwiha? Liem karattru huwa l-favorit tiegħek?

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks