Select Page

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Peppi Azzopardi rrimarka dwar esperjenza pożittiva li kellu meta ġie bżonn is-servizz tal-pulizija.

Huwa spjega kif dan l-aħħar kien qed jgħin persuna u talab l-għajnuna tal-Victim Support Unit.

Stqarr li jinsab impressjonat bis-servizz li ngħatat il-persuna.

Peppi qal li f’dan il-unit, il-korp tal-pulizija għamel rivoluzzjoni u li x-xogħol li qed jagħmlu llum jismu ‘imħabba’.

“Qabel il-vittma kienet tispiċċa vittma għal darb’oħra. Illum il-vittma għalihom hija persuna u jaħdmu magħha bħala persuna. Ix-xogħol li qed jagħmlu qed isalva l-ħajja ta’ diversi vittmi. Grazzi lil dawk kollha involuti. Grazzi li l-impenn tagħkom ġej minn vokazzjoni umana.”

Peppi Azzopardi

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks