Select Page

Jermani Thompson, tfajla ta’ 26 sena tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tħott il-bagalji minn ajruplan tal-Frontier Airlines fl-Ajruport Internazzjonali Louis Armstrong ta’ New Orleans.

L-inċident seħħ nhar it-Tlieta għall-ħabta tal-10pm ħin lokali, meta xagħarha tħabbel mal-makkinarju tal-‘conveyor belt’ li jintuża biex jittelgħu u jitniżżlu l-bagalji mill-ajruplani.

Is-Sinjura Thompson, li kienet impjegata mal-GAT Airline Ground Support, ittieħdet b’urġenza l-isptar fejn wara hija tilfet ħajjitha.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks