Select Page

Ħafna drabi neħduha for granted li uliedna jafu biżżejjed li nħobbuhom, iżda bħal kull persuna oħra li nħobbu f’ħajjitna, huwa importanti li nuruhom u nfakkruhom kemm inħobbuhom filwaqt li bl-istess imħabba, niggwidawhom bil-kliem u bl-azzjonijiet, biex jgħixu ħajjithom bl-aħjar mod possibbli.

Demaris, omm ta’ żewġt subien, u influencer magħrufa, partikolarment fuq Instagram bħala Life of Mum D tellgħet filmat fejn fih qalet għaxar affarijiet li fl-opinjoni tagħha għandna ngħidu lil uliedna.

  • L-adulti jiżbaljaw ukoll.
  • M’intix obbligat li tagħti attenzjoni fiżika lil xi ħadd.
  • Ċempilli dejjem meta tkun tixtieq li tiġi d-dar b’mod sikur.
  • M’għandekx għalfejn tippretendi li int xi ħadd li m’intix.
  • Mhix ir-responsabbiltà tiegħek li l-ġenituri tiegħek imorru tajjeb flimkien.
  • Ma fiha xejn ħażin li ma togħġobx lil kulħadd, l-importanti huwa li int togħġob lilek innifsek.
  • Isma’ mill-istint tiegħek meta tħoss li xi ħaġa mhix tajba.
  • Jien nafdak kompletament.
  • Xejn ma jista’ jbiddel kemm inħobbok.
  • Jien kburija bik u nħobbok bla kundizzjoni.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks