Hazel ġabret is-somma ta’ €921.50 għal Puttinu Cares.
Hazel għalqet 6 snin u xtaqet tgħin lit-tfal ta’ Puttinu Cares.

Rainbow Ward kien il-post fejn ħuha tarbija, Juan, qatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu wara li marad b’tumur f’rasu. Juan miet f’Ottubru li għadda.

Puttinu Cares kien ta’ għajnuna kbir għall-familja Magri. Solange u Antoine minkejja t-telfa għadhom jgħinu lil din l-organizzazzjoni b’mezzi differenti.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.