Select Page

Ilbieraħ Bjorn iddaħħal b’urġenza l-isptar.

Però bħalissa Bjorn jinstab f’qagħda stabbli.

Il-ħbieb tiegħu fuq Facebook kitbu “Bjorn qiegħed stabbli u se jżommuh għall-osservazzjoni. Jidher li għandu din il-ġimgħa sabiex jaraw il-kundizzjoni tiegħu u għaliex kellu l-uġigħ ilbieraħ. Ma kienx lejl faċli għal ħadd.”

Żiedu jgħidu, “Grazzi ħafna lit-tobba, infermiera ta’ Mater Dei għas-servizz impekkabbli tagħhom. Grazzi wkoll tal-ħafna messaġġi ta’ kuraġġ li qed jirċievi. Bis-saħħa tal-carers qed jaqrahom wieħed wieħed.”

Temmew jgħidu, “Jekk Alla jrid, Bjorn jirritorna lura l-uffiċċju ma jdumx, ħalli nkomli bil-ħidma għall-maratona li jmiss tal-25 ta’ Settembru. Iżda issa jeħtieġ li jistrieħ ftit.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks