Il-ħin dejjem jitnaqqar.

Int dejjem tiġri warajh

Biex ismek wara mewtek jibqa’ mnaqqax.

Fil-qlub ta’ dawk li missejt tul ħajtek.

Ħinek mhux tiegħek.

Fil-qabar mhux ħa tieħdu miegħek.

Ġie biss misluf lilek.

Biex jekk tużah bl-aħjar mod,

tkun irbaħt ġidek.

Għax l-eternità tkun tiegħek.

Ibda llum investi fis-sod!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks