Select Page

Bħal-lum 76 sena ilu twieled wieħed mill-iktar kantanti fenomenali li qatt rat din id-dinja. Dan mhu ħadd ħlief Freddie Mercury. Fil-fatt huwa twieled nhar il-5 ta’ Settembru tal-1946, ġewwa Zanzibar, it-Tanżanija.

Apparti li kien kantant li jifforma parti mill-‘Queen’ u kittieb Ingliz tar-rock, Freddie Mercury jibqa’ mfakkar għall-ispettaklu li kien jagħmel u l-vokali b’aġilità qawwija tiegħu. Għal dan huwa jibqa’ wieħed mill-aktar ‘frontmen’ dinamiċi.

Waħda mill-iktar kanzunetti popolari tal-band u li hija wkoll miktuba minnu stess hija “Bohemian Rhapsody”. Fil-fatt din il-kanzunetta qattgħet disa’ ġimgħat fil-quċċata tal-klassifika tas-singles Brittaniċi.

Suċċess spettakolari segwa fl-1977 b’ “We Are the Champions” u “We Will Rock You”, li saru innijiet li jindaqqu kullimkien f’avvenimenti sportivi madwar id-dinja.

Fl-1991 Mercury ħabbar li kien marad bl-AIDS. Fil-fatt huwa miet jum wara, fl-24 ta’ Novembru, fl-eta ta’ 45 sena minn kumplikazzjonijiet relatati mal-marda.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks