Rusty huwa l-qattus li qed jikseb popolarità kbira fuq TikTok minħabba, li huwa qed jgħix ħajtu jbaħħar fuq il-baħar b’avventuri inkredibbli!
Rusty ġie adottat mill-ġenituri tiegħu, Mileena u Samuel, meta kellu biss disa’ ġimgħat. Il-familja l-ġdida ta’ dan il-qattus ma tilfet l-ebda ħin biex tintroduċieh għall-ħajja fuq id-dgħajsa. Fil-fatt huma salpaw lejn il-Baħamas l-għada li adottawh.
Dan il-baħri sufi jħobb iqatta’ ħafna ħin fuq id-dgħajsa minħabba r-riħa tfuħ li jġib miegħu il-baħar u l-postijiet li huwa jesplora!
Rusty m’għandux problemi biex jilgħab għall-fatt li d-dgħajsa mimlija ħbula u ganċijiet. Skont Mileena, id-dgħajsa hija “l-ġinnasju tal-ġungla tiegħu.”
Dan l-esploratur tad-dinja qed jgħix il-ħolm tat-tfulija tagħna permezz tal-avventuri tiegħu mimlija azzjoni. Meta ma jkunx fuq id-dgħajsa attent għall-pirati, lir-Rusty ssibu jesplora gżejjer abbandunati u jittanta xi awwista.
Dan il-baħri ċkejken qed jikser l-isterjotip tal-“qattus għażżien” bl-istil ta’ ħajja inkredibbli tiegħu!
