Select Page

Wieħed mill-aktar preżentaturi popolari tar-radju Arthur Caruana, flimkien mal-kollega tiegħu Dorianne Mamo u oħrajn, wasal fil-quċċata tal-missjoni tiegħu, Santiago de Compostela.

Fil-fatt ftit tal-ħin ilu Arthur tella’ ritratt tiegħu quddiem il-Katidral ta’ Santiago de Compostela, fuq Facebook.

Grupp mill-isbaħ ħalla Malta l-ġimgħa li għaddiet lejn Spanja biex jimxu l-aħħar tappa tal-Camino de Santiago, biex jinġabru fondi għall-iskola Becs f’Bonga, l-Etjopja. Huma mxew 125 km, għal ħamest ijiem sħaħ minn Arzua sa Santiago de Compostela.

Din il-missjoni kienet organizzata mill-Fondazzjoni SiGMA, li tappoġġja lil dawk fil-bżonn madwar id-dinja permezz ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, karità, edukazzjoni, u ħiliet kruċjali biex jibnu l-kunfidenza fihom infushom u l-emanċipazzjoni personali.

Prosit kbira tmur lejn dawk kollha li pparteċipaw f’dan l-att nobbli.

Tinsewx li “Li ngħinu lill-oħrajn huwa mod kif ngħinu lilna nfusna.” (Oprah Winfrey)

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks