Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Liam Vidal.
Liam ta’ 41 sena li kien ilu mis-Sibt fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei wara li sofra minn ħruq estensiv f’karozza taqbad fil-Belt.
Fuq Facebook, oħtu Marusca, kitbet “Lill-għażiż ħija Liam Vidal. Qatt minsi u għal dejjem ġo qalbi. Int għandek post kbir ġewwa qalbi. Kont, għadni u nibqa’ nħobbok għal dejjem u nitolbok li dejjem tibqa’ tirrenja fuqna.”
Kondoljanzi lill-familja Vidal f’dan il-mument iebes.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.