Select Page

Id-Deptutat Nazzjonalista tinsab rikoverta fl-isptar Mater Dei.

Tispjega li minn influwenza żviluppatilha infezzjoni. “Ilni 5 ijiem l-isptar, kważi ma titwemminx minn sempliċi influwenza tiżviluppa infezzjoni akuta mhux ftit ġewwa sidri u l-pulmun fejn inġabru wkoll kwantitajiet ta’ ilma li b’operazzjoni biss jistgħu jitneħħew biex ma nitlifx parti mill-abbiltà tal-pulmun tiegħi.”

Tistqarr li bħalissa qed tistenna li tiġi operata. “Il-ġimgħa l-oħra dan il-ħin kont il-baħar mat-tfal wara session gym tajba. Issa qed nistenna biex itellgħuni fit-teatru ħalli joperawni. Kif tinbidillek il-ħaja. Għalhekk jiena dejjem nemmen u ngħid tbissima. Għid kliem sabiħ. Ħu gosta. Tweġġa’ lil ħadd. Ħu aktar gost, kemm tiflaħ. Il-ħajja vjaġġ sabiħ, ma naħluhx”

Ittemm billi tirrinrazzja lill-istaff ta’ Mater Dei. “Napprezza jekk iżżommuni fit-talb tagħkom, waqt li minn qalbi nirringrazzja b’mod assolut lil Dr. P.J. Cassar u l-istaff tiegħu li tant u tant ħadu ħsiebi u issa wkoll l-istaff ġdid li se jkunu qed joperawni flimkien mal-istaff kollu ta’ MAU ward. L-unika kelma li forsi tibda tiddeskrivi lilhom u xogħolhom hi eċċezzjonali. Grazzi minn qalbi. Nerġa’ niskuża ruħi talli ma stajtx inkellimkom lil dawk li ċempiltuli, biss għad ma għandix nifs biżżejjed u leħen.”

Inżommu lill-Onorevoli Janice Chetcuti f’talbna.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks