Select Page

Filwaqt li wħud qed jagħmlu użu mis-servizz tal-E-Scooters, jidher li bosta oħrajn jemmnu li dawn għandhom jitwaqqfu.

Minbarra li ħafna jemmnu li dawn l-E-Scooters jistgħu jkunu ta’ periklu, anki wara l-inċidenti li seħħew riċentament, jidher ukoll li xi wħud li qed jużawhom qed joħolqu problema bil-mod ta’ kif qed jipparkjawhom.

Ritratti ta’ dawn l-E-Scooters ipparkjati f’nofs il-bankina qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali.

Bosta qed iqajmu l-argument li dan joħloq diffikultajiet partikolarment lill-anzjani, kif ukoll persuni li jużaw siġġu tar-roti jew pushchairs.

Int x’taħseb dwar dan?

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks