Select Page

Ftit tal-minuti ilu, fuq il-paġna ta’ Facebook, Puttinu talab għall-għajnuna tagħna, dwar kelb li ġie nieqes illum stess, bl-isem ta’ Max.

Dan il-kelb huwa ta’ tifel li kellu l-leukemia u huwa nieqes mid-dawl t’għajnejh it-tnejn.

Max intilef dalgħodu, fl-inħawi ta’ Ħal Far. Huwa goldern retriever, iċċipjat, mingħajr kullar. Huwa kelb baħbuħ ħafna u huwa mħarreġ biex ikun gwida.

Jekk tilmħu jew issibu, jekk jogħġbok ċempel fuq 99465576, 99550292, 79331912.

Minn isibu jingħata premju mistħoqq.

Jekk jogħġbok għin lil Miguel biex isib lil Max.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks