Select Page

Il-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius tella’ ritratt tiegħu ma’ dan ir-raġel li qed jagħtih l-ikel.

Peter Agius spjega kif dan ir-raġel ħalla l-familja u ġie Malta biex jaħdem. “Dan huwa Ameed. Għadu kemm ġabli l-ikel. Qalli li ħalla lill-mara u ż-żewġt itfal il-Pakistan u ġie jaqla’ lira hawn.”

Sostna t-tħassib tiegħu dwar ix-xogħol li jagħmel Ameed. “Ma nafx eżatt il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ Ameed però smajt li nies bħalu jaħdmu ħafna u jaqilgħu ftit.”

Stqarr li hemm bżonn li jsir xi ħaġa dwar dan. “Jien intih tip b’ringrazzjament, però naħseb hemm bżonn nagħmlu aktar biex naraw li s-suq tax-xogħol Malti ma jippermettix abbużi.”

Temm billi qal li l-abbuż jittieħed. “Ameed mhux negozjant. Mhux sew nittrattawh ta’ kuntrattur u b’hekk nevitaw ir-regoli kollha tal-liġi tax-xogħol. Ninkwieta wkoll li dak li huwa legali għal Ameed huwa legali għall-Maltin kollha wkoll. L-abbuż huwa kontaġġuż u jniġġes is-suq tax-xogħol kollu.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks