Select Page

Bħalissa d-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qed jingħata l-kura ġewwa l-onokloġija fl-Isptar Mater Dei.

Filwaqt li bħalissa qed jingħata l-chemo għall-ħames darba, stqarr il-ħsieb tiegħu għal ħaddieħor li għandu bżonn il-kura.

Fuq Facebook huwa kiteb, “Bħalissa qed naħseb f’ħaddieħor li huwa fil-bżonn ta’ kura. Dawk li jaħbtu wiċċhom ma’ każijiet rari u battalji diffiċli. Nistgħu aħna bħala gvern nagħmlu binjiet separati bħal dak tal-onokoloġija biex nikkuraw mard rari fuq l-istess livell? Naf li spiża imma jistgħu jiksbu sussidji permezz ta’ inqas infiq tal-gvern fuq ir-reklamar. Forsi ħsieb li qed jgħaddili minn fuq is-sodda. Forsi ħolma! Żgur li bħal Chris Fearne, jixtieq li l-ħolm jsir realtà. Irrealizzajt li l-ħajja hija imprezzabbli.”

Nawguraw lil Robert Arrigo, fejqan u saħħa.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks