Select Page

Sabiex ikompli jgħarraf lin-nies dwar il-periklu li jġorru magħhom il-hornets orjentali, Arnold Sciberras, Pest Control Consultant, uża il-pjattaforma tal-midja soċjali u tella’ diversi ritratti li juru l-konsegwenzi tat-tingiża ta’ dan it-tip ta’ żunżan.

Kif jixhdu r-ritratti, it-tingiża tal-bagħal taż-żunżan tista’ tħalli nefħa kbira fil-parti affettwata. Arnold Sciberras, kompla jgħid li n-nefħa tkun ukoll akkumpanjata b’uġigħ li jdum għal ftit jiem.

Huwa importanti li nkomplu nenfasizzaw li dawn iż-żnażan huma territorjali jiġifieri jekk wieħed jersaq lejn il-bejta tagħhom, il-possibilità hija li jattakkaw, u l-konsegwenzi jkunu koroh. Għalhekk il-parir hu li nżommu ‘l bogħod u nfittxu l-għajnuna tal-professjonisti!

Għal aktar tagħrif, ċempel fuq 21436820/99887950 jew żur is-sit elettroniku minn hawnhekk.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks