Select Page

Ftit minuti ilu Buckingham Palace ħarġu stqarrija dwar saħħet ir-Reġina Eliżabetta II.

L-istqarrija tgħid li wara li dalgħodu saru aktar evalwazzjonijiet, it-tobba tar-Reġina huma mħassba dwar saħħet il-Maestà Tagħha u rrakkomandaw li hija tibqa’ taħt sorveljanza medika. Bħalissa ir-Reġina qed toqgħod f’Balmoral Castle, fl-Iskozja.

L-aħħar li dehret fil-pubbliku kien it-Tlieta li għadda, wara li hija ħatret lil Liz Truss bħala l-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks