Fi stqarrija r-Re Charles stqarr li l-mewt tal-maħbuba ommu, ir-Reġina, huwa mument ta’ dieqa kbira kemm għalih u kemm għall-membri kollha tal-familja.
Żied jgħid li, “Aħna nibku profondament it-telfa tal-għażiża sovrana tagħna u omm maħbuba. Naf li t-telfa tagħha se tinħass ħafna fil-pajjiż u minn bosta nies madwar id-dinja.”
Temm jgħid, “Matul dan il-mument ta’ niket u ta’ bidla, aħna se nsibu sostenn mir-rispett u mill-affezzjoni kbira li kellha r-Reġina.’

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.