Bjorn bħalissa jinsab rikoverta l-isptar Mater Dei.
Il-ħbieb ta’ Bjorn ħabbru li Bjorn kellu bladder failure. ” Mill-aħbarijiet li tawna t-tobba, sfortunatament Bjorn irriżulta li kellu Bladder Failure. Sakemm ilu l-isptar, Bjorn kellu chateter miegħu li għenu ħafna. Biss illum it-tobba għandhom jgħidulu jekk dan il-chateter hux ser jibqa’ miegħu għal dejjem. “
Minkejja qiegħed l-isptar Bjorn xorta għaddej jgħin lil pazjenti. “Minkejja li saħħet Bjorn qed tmur lura ħafna …xorta jaħseb kif ser jgħin. Kemm ilu l-isptar, it-telefonati minn pazjenti wħud ġodda baqgħu deħlin u xorta għadu jgħin kif jista’. Sal-bieraħ stess pazjent kellu bżonn apparat u rranġa biex jgħinu wkoll.”
Temmew billi rringrazzjaw lil kull min żar jew bagħat lil Bjorn. “Grazzi għal dawk kollha li marru jżuruh, grazzi tal-messaġġi, grazzi tad-donazzjonijiet li bgħattu diġà! Dawn kollha ser imorru għall-maratona tal-25 ta’ Settembru. Żommuh fit-talb tagħkom!”
Tista’ tagħti donazzjoni;
➕ BOV Mobile Pay – 79096249
➕ SMS – 5061 8936 – €6.99 👉 https://bit.ly/HelpBjorn699
➕ Online – https://alsmalta.org/donate/

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.