Select Page

Ftit tal-ħin ilu, il-Palazz ta’ Buckingham ħabbar ix-xewqa tal-Maestà Tiegħu r-Re wara l-mewt t’ommu, il-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II. Din tinkludi li jiġi osservat perjodu ta’ Luttu Rjali minn issa sa sebat ijiem wara l-funeral tar-Reġina. Id-data tal-funeral għad trid tiġi kkonfermata.

Il-Luttu Rjali se jkun osservat minn Membri tal-Familja Rjali, staff tad-Dar Rjali u Rappreżentanti tad-Dar Irjali fuq dmirijiet uffiċjali, flimkien ma’ truppi impenjati għal Dmirijiet Ċerimonjali.

Il-bnadar fir-Residenzi Irjali ser jibqgħu mezza lasta sat-tmienja ta’ filgħodu wara l-aħħar jum ta’ Luttu Rjali.

Illum, fis-siegħa ta’ wara nofsinhar ser jiġu sparati s-Saluti Rjali kemm f’Hyde Park minn The King’s Troop Royal Horse Artillery u mit-Torri ta’ Londra mill-Onorable Artillery Company. Ser jingħataw 96 salut għal kull sena li damet ħajja r-Reġina.

Apparti minn hekk, ir-Residenzi Rjali se jagħlqu sa wara l-funeral tar-Reġina. Inħarġu wkoll linji gwida lill-membri tal-pubbliku li jixtiequ jħallu fjuri fir-Residenzi Rjali.

Għalkemm m’hemm l-ebda Kotba ta’ Kondoljanzi fiżiċi fir-Residenzi Rjali, wieħed xorta jista’ jħalli messaġġ permezz ta’ ktieb onlajn tal-kondoljanzi.

Wieħed jista’ jagħmel dan billi jidħol fuq: https://www.royal.uk/send-message-condolence

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks