Camilla, li qabel kienet id-Dukessa ta’ Cornwell, issa ingħatat l-isem uffiċjalment ta’ Reġina Konsorti minn żewġha, ir-Re Charles III.
F’diskors televiżiv, l-ewwel indirizz tiegħu lin-nazzjon minn meta mietet ommu, ir-Reġina Eliżabetta II u sar Re, huwa uffiċjalment irrefera għal Camilla bħala r-Reġina Konsorti għall-ewwel darba.
Huwa qal li jinsab ċert li se taqdi d-dmirijiet marbuta mar-rwol il-ġdid tagħha u li jista’ jserraħ fuqha biex tagħtih l-għajnuna tagħha.
Li Camilla tkun ir-Reġina Konsorti kienet ix-xewqa tar-Reġina Eliżabetta II. Hija kienet esprimiet f’għeluq is-70 sena tagħha fit-tmexxija rjali.
Ikkumenta
