Din it-tifla mietet bil-għatx fl-ibħra ta’ salvataġġ ta’ Malta.
Dwar din it-tifla kitbet l-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, ic-Chairperson għall-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid ts-Soċjetà.
“Għidli x’jibqa’ fik meta tara ritratt bħal dan!
Din Loujin. Loujin tifla ta’ 4 snin li mietet bil-għatx f’idejn ommha, waqt li kienu qed jisperaw għal futur aħjar.
Tifla li setgħet kienet binti, in-neputija, it-tifla tal-kuġina, tal-ġara, qariba, jew ħabiba. Setgħet kienet tiegħek.
Għalija dan ir-ritratt jirrappreżenta l-inġustizzja kontra dawk li għandhom dritt daqsi jgħixu fil-paċi u mhux fil-gwerra.
Kemm jien iddispjaċuta li pajjiżna ġie msemmi ma’ dawk il-pajjiżi li ħallew lil din it-tifla tmut kiesaħ u biered. Għaliex? Għaliex il-ħajja saret daqshekk mingħajr valur? Għaliex?”

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.