Select Page

Ir-Re Charles III, fl-ewwel indirizz tiegħu bħala Re, ta ġieħ lil ommu r-Reġina Eliżabetta II, u qal li l-impenn tagħha għas-servizz u l-poplu qatt ma waqaf u “iddefinixxa ħajjitha kollha.”

“Dan kien aktar minn wegħda. Kien impenn personali profond li ddefinixxa ħajjitha kollha,” qal.

Qal li r-Reġina għamlet sagrifiċċji u d-dedikazzjoni tagħha baqgħet b’saħħitha “fi żminijiet ta’ bidla u progress, iżda żminijiet ta’ ferħ u ċelebrazzjoni, u fi żminijiet ta’ dwejjaq u telf”.

Ir-Re qal li matul il-ħajja tagħha ta’ servizz, l-imħabba tagħha għat-tradizzjoni, iżda wkoll il-fatt li kienet favur il-progress, għamluha dak li kienet.

“L-affezzjoni, l-ammirazzjoni u r-rispett li ispirat saru l-karatteristika tar-renju tagħha,” qal. “U kif jista’ jixhed kull membru tal-familja tiegħi, hija għaqdet dawn il-kwalitajiet ma’ kordjalità, umoriżmu, u l-abilità li dejjem tara l-aħjar fin-nies.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks