Select Page

Ftit wara mewtha, il-Papa Franġisku bagħat telegramma biex jagħti l-kondoljanzi tiegħu lir-Re Charles III għall-mewt ta’ ommu.

Il-Papa qal li jinsab imnikket ħafna bl-aħbar u li jingħaqad ma’ kull min qed jibki t-telfa tagħha “fit-talb għall-mistrieħ ta’ dejjem tal-mibkija Reġina, u biex tingħata ġieh lill-ħajja tagħha ta’ servizz bla waqfien għall-ġid tan-Nazzjon u tal-Commonwealth, l-eżempju tagħha ta’ devozzjoni lejn id-dover, ix-xhieda soda tagħha tal-fidi f’Ġesù Kristu u t-tama soda tagħha fil-wegħdiet tiegħu.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks