Select Page

Ir-Reġina kienet tħobbhom ħafna l-animali sa minn età żgħira. Kellha affezzjoni kbira lejn il-klieb corgis u għaż-żwiemel tat-tiġrija.

Hija kienet ta’ spiss tidher fil-pubbliku tirkeb xi żiemel u imdawra bil-klieb tagħha tal-corgis. Aparti dan, il-Maestà Tagħha kienet ukoll tieħu ħsieb żewġt ifkieren kbar, iljunfant, ‘sloth’ u żewġ ġagwar, li wħud minnhom kienu għexu fiż-Zoo ta’ Londra.

Però, l-iktar animal favorit tagħha kien il-corgis. Fil-fatt meta ir-Reġina kellha għad biss 18-il sena (li dak iż-żmien kienet għadda prinċipessa), kienet ingħatat kelba corgis, mingħand il-ġenituri tagħha. Din il-kelba kien jisimha Susan, li mietet fl-età ta’ 14-il sena fl-1959 u hija midfuna f’Sandringham. Madankollu l-legat ta’ Susan baqa’ sejjer dan għaliex il-korgis kollha li kellha r-Reġina kienu kollha dixxendenti tagħha.

L-imħabba tal-Maestà Tagħha lejn iż-żwiemel, kienet passjoni li qasmet ma’ ommha u huwa maħsub li bdiet mal-ewwel lezzjoni tagħha tal-‘horseriding’. Huwa fatt interessanti li r-Reġina kompliet trabbi u tiġri fuq żwiemel għal aktar minn 60 sena.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks