Select Page

Fid-dawl tal-mewt tar-Reġina Eliżabetta II, id-dokudrama rjali ta’ Netflix li tirrakkonta l-ħajja tar-reġina, The Crown, qed tippjana li twaqqaf il-produzzjoni tal-istaġun attwali tagħha bħala turija ta’ rispett.

Il-kreatur ta’ The Crown, Peter Morgan, qal li s-serje hija “ittra ta’ mħabba” għar-Reġina u għalissa m’għandu xejn aktar xi jżid, ħlief silenzju u rispett. Żied jgħid ukoll li x’aktarx se jieqfu jiffilmjaw ukoll bħala turija ta’ rispett.

Is-serje The Crown bdiet fl-2016, bi Claire Roy fil-parti tar-Reġina Eliżabetta fl-ewwel żewġ staġuni. Roy rebħet l-Emmy Award għall-aqwa attriċi ewlenija fi drama, għat-tieni staġun.

Olivia Colman interpretat il-parti tar-Reġina Eliżabetta fit-tielet u r-raba’ staġun, u rebħet l-Emmy Award għar-raba’ staġun is-sena l-oħra, bis-serje tirbaħ ukoll il-premju ta’ Outstanding Drama Series.

Imelda Staunton se tkun qed tinterpreta l-parti fil-ħames staġun, li se joħroġ fuq Netflix f’Novembru li ġej.

Is-sitt u l-aħħar staġun bħalissa jinsab fil-produzzjoni.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks