Select Page

Ftit tal-ħin ilu, il-ħbieb ta’ Bjorn ħabbru fuq il-paġna tiegħu li saħħet Bjorn tinsab f’qagħda kritika.

Illum, Bjorn sarlu intervent biex isalvawlu l-kliewi. Il-ħbieb ta’ Bjorn qalu li t-tobba qalulhom li għandu ħafna ġebel kbar li qed jaffetwawh ħafna.

Filwaqt li qalu li rawh jaqta’ nifsu u ma setax jitkellem ħafna, qalu li qabel telqu, Bjorn qalilhom li bih u mingħajru l-maratona tal-25 ta’ Settembru trid issir. “Irridu ngħinu ħafna nies.”

“Ma tistax ma tħobbux, tarah f’kundizzjoni kritika u xorta moħħu biex jgħin. Inkredibbli imma dak hu Bjorn. Żommuh fit-talb tagħkom.”

Tinsab fi ħsibijietna Bjorn!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks