Select Page

Waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103, l-eks Ministru Laburista Evarist Bartolo kkonferma li hu ried lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat jirriżenja fl-2019.

Evarist Bartolo qal ukoll li hu, flimkien ma’ oħrajn, ħadem minn ġewwa sabiex dan iseħħ. Madankollu stqarr li dan ma kien faċli xejn.

Saħaq li hu aktar faċli li tipprotesta minn barra u tikkritika milli tkun ġewwa u tipprova tbiddel l-affarijiet.

Madankollu, huwa qal li kien hemm bżonn li ssir pressjoni kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa għaliex pressjoni min-naħa waħda biss ma kinitx se tkun biżżejjed.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks