Select Page

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Prevenzjoni tas-Suwiċidju.

Huwa stmat li madwar 703,000 ruħ fis-sena jtemmu ħajjithom madwar id-dinja. Għal kull suwiċidju, x’aktarx hemm. 20 persuna oħra li jagħmlu attentat ta’ suwiċidju u ħafna aktar għandhom ħsibijiet serji ta’ suwiċidju.

Miljuni ta’ nies isofru niket qawwi jew inkella huma affettwati b’mod profond minn imġiba suwiċidali.

Kull mewt suwiċidali hija tħassib għas-saħħa pubblika b’impatt profond fuq dawk ta’ madwarhom.

Billi nqajmu kuxjenza, innaqqsu l-istima dwar is-suwiċidju u ninkoraġġixxu azzjoni li tittieħed minn għarfien tajjeb, nistgħu nnaqsu l-każijiet madwar id-dinja, inkluż f’pajjiżna, li sfortunatament, hija realtà li qed niffaċċjaw.

F’Malta, kuljum, madwar 4 persuni jippruvaw jagħmlu suwiċidju u madwar 3 persuni jirnexxilhom iwettqu suwiċidju kull xahar.

Ħafna drabi, meta xi ħadd ikun qed jikkontempla biex jagħmel suwiċidju, juri ċerti sinjali, li jekk inkunu attenti għalihom, jista’ jirnexxilna nsalvaw ħajja.

Jekk tinnota xi imġiba li mhix tas-soltu, ersaq viċin, uri lill-persuna li jimpurtak u li mhijiex waħedha, staqsiha fuq dak li qed tħoss u għinha tfittex l-għajnuna li hemm bżonn.

Int tista’ ssalva l-ħajja ta’ xi ħadd li tħobb!

Għal aktar tagħrif żur is-sit elettroniku: kifint.com

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks