Select Page

Puttinu qasam l-istorja ta’ Kayleigh.

Ta’ 13-il sena kellha tumur f’saqajha. It-trattament li ħadet kien wieħed aggressiv u kellha probabbiltà kbira li ma jkunx jista’ jkollha tfal.

Illum Kayleigh għandha 24 sena u jumejn biss wara li Dr. Victor Calvagna kellu l-aċċident, skopriet li kienet qed tistenna tarbija.

Ghalkemm kienet ferħana se ttir, kellha niket għal Dr. Calvagna u għall-fatt li qatt ma kellha l-opportunità taqsam miegħu din l-aħbar.

Luka għandu 1 xahar u llum żaru lil Puttinu. “Kemm aħna ferħanin għalik Kayleigh. X’esperjenzi sbieħ meta rajniek tbati u llum narawk tifraħ b’tarbija mill-isbaħ.”

Kayleigh u l-familja tagħha jixtiequ jirringrazzjaw minn qalbhom dak li għamel magħhom Dr.Calvagna u l-istaff kollu. “Grati ħafna għal Puttinu Cares”.

Il-familja tagħha hija voluntiera attiva fl-attivitajiet ta’ Puttinu.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks