Select Page

Id-dehra tal-aħwa William u Harry jiltaqgħu mal-folol flimkien hija wieħed mill-mumenti li spikkaw l-aktar u mhux mistennija s’issa f’dawn l-aħħar jiem.

Man-nisa tagħhom, Catherine u Meghan, sellmu lill-eluf ta’ nies li nġabru f’Windsor.

Iż-żewġ koppji kienu ilhom ma jidhru flimkien fil-pubbliku għal aktar minn sentejn.

Mhumiex sigrieti d-differenzi li hemm bejniethom, u għalkemm it-telfa ta’ xi ħadd qrib jista’ wkoll iġib l-għaqda, jista’ jkun ukoll li dak li qed naraw huwa biss għal għajn in-nies. Imma min jaf?

Uħud qed jgħidu li din kien biss mument għal għajn in-nies u li saħansitra ngħataw struzzjonijiet biex jibagħtu messaġġ pożittiv.

Hi x’inhi l-verità, kien mument sinifikanti u li ntlaqa’ tajjeb ħafna mal-pubbliku li kien preżenti f’Windsor.

Skont rapporti mill-BBC, liem il-Prinċep William li estenda l-istedina lill-Prinċep Harry u Meghan biex imorru jiltaqgħu man-nies flimkien.

Anki jekk dan huwa mument ta’ għaqda, huwa evidenti li ż-żewġ aħwa, issa aktar minn qatt qabel, se jkunu f’direzzjonijiet kompletament differenti minn xulxin.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks