Select Page

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kiteb dak li qed iħossu huwa u jara lil missieru jidgħajjef.

Jistqarr; “Il-qalb tingħafas. Il-kurituri mdawla bix-xemx li tagħti l-ħajja tħosshom jiddallmu. Iebsa tara ‘l missierek l-għażiż jiddgħajjef ftit ftit. Tapprezza dejjem aktar dak kollu li hu għalik, il-memorji.”

Itemm billi jgħid li qed jagħmel dak li missieru għamel miegħu meta kien tifel. “Inżommlok idejk bħal meta jien kont tifel u kont terfagħni mill-art. Nixtieq nista’ nwieżnek bħalma kont tagħmel int imma ma nista’ nagħmel xejn ħlief nitlob biex ma tbatix. Sadanittant kull minuta eternità li nixtieq ma tgħaddi qatt…”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks