Select Page

Fit-83 minuta, il-logħba ta’ LaLiga, bejn Cadiz u Barcelona twaqfet wara li partitarju ħassu ma jiflaħx. Skont rapporti fil-midja Spanjola, dan il-partitarju sofra attakk tal-qalb.

Minħabba li s-sitwazzjoni kienet serja u gravi, it-timijiet mediċi taż-żewġ klabbs ipprovdew l-għajnuna tagħhom qabel ma waslet l-ambulanza.

Mhux biss, imma l-goalkeeper ta’ Cadiz, Jeremias Ledesma, deher jiġri lejn l-istands u tefa’ defibrillator biex ikompli jgħin lil dan l-ispettatur.

Jidher ċar li l-plejers kienu maħsudin bix-xeni li raw quddiemhom. Tant li d-difensur ta’ Barcelona Ronald Araujo kien fost il-plejers li deher viżibilment emozzjonat.

Il-logħba tkompliet siegħa wara, b’rebħa għall-Barcelona.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks