Select Page

Il-Corgis tar-Reġina Eliżabetta II se jkunu qed jgħixu ma’ binha l-Prinċep Andrew u l-eks mara tiegħu.

Id-Duka ta’ York, u Sarah, id-Dukessa ta’ York, se jieħdu ħsieb lil Muick u Sandy, żewġ corgis żgħar, li l-prinċep u wliedu taw lir-Reġina bħala rigal fl-2021 bl-għan li jgħollulha ftit il-moral waqt li l-mibki żewġha, il-Prinċep Philip kien l-isptar u waqt il-lockdown tal-Covid.

Ir-Reġina kellha wkoll dorgi, bl-isem ta’ Candy li dehret f’ritratt magħha f’Jannar.

Il-Maestà tagħha kienet tgħammar il-klieb u kellha aktar minn 30 corgis matul ħajjitha, li ħafna minn kienu dixxendenti minn Susan, il-kelba li kienet irċeviet bħala rigal meta għalqet 18-il sena, mingħand missierha fl-1944.

Il-prinċep u l-eks mara tiegħu d-Dukessa baqgħu qrib ħafna mid-divorzju tagħhom fl-1996, u għalhekk mhijiex sorpriża li se tkun qed tieħu ħsieb il-klieb hija wkoll.

Id-dukessa qalet li għaliha r-Reġina kienet l-aktar kunjata u ħabiba inkredibbli u li se tħoss in-nuqqas tagħha aktar milli tista’ tesprimi bil-kliem.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks